Persuni jfittxu x-xogħol jiżdiedu b’7.8%

In-numru ta’ persuni li ma jaħdmux żdied b’523 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet. Dan ifisser li n-numru ta’ persuna qiegħda jammonta għal 7237.

Skont statistika maħruġa mill-NSO, il-persentaġġ ta’ nies ifittxu xogħol żdied b’7.8%. Dan il-persentaġġ ifisser li mal-523 persuna qed ifittxu xogħol.

Matul ix-xahar ta’ Jannar kien hemm tnaqqis ta’136 persuna tirreġistra għax-xogħol. L-ammont ta’ persuni qiegħda li għandhom inqas minn 20 sena naqas b’10.5%, ifisser tnaqqas ta’ 46 persuna. Minn naħa l-oħra dawk li għandhom iktar minn 45 sena jew aktar, il-qgħad żdied b’315 jew bi 12.6%.