Nies evakwati minn kumpless fil-Ħamrun

Għall-ħabta tat-8pm, in-nies li kienu jinsabu fil-kumpless Daniels fil-Ħamrun ġew evakwati mill-pulizija wara li rċevew rapport li kien hemm riħa ta’ gass fil-kumpless.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li fuq il-post hemm il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jiġi identifikat minn fejn ħiereġ dan il-gass.

Il-kelliem spjega li sal-ħin tal-pubblikazzjoni kellhomx aktar informazzjoni.