Nies bejn sema u ilma: “Valuri nsara, mhux biss interess nazzjonali” – Il-PN

Il-Partit Nazzjonalista (PN), fi stqarrija, saħaq li fil-każ tal-immigranti, Malta għandha mhux biss tħares lejn l-interess nazzjonali tagħha, iżda wkoll lejn il-valuri nsara.

Il-partit spjega li għalkemm Malta għandha l-limitazzjonijiet tagħha, m’għandhomx isiru skużi lil bnedmin oħra rigward d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Dan għaliex, żied jgħid, kulħadd għandu l-istorja partikolari tiegħu, jekk hux faqar jew persegwitazzjoni.

Il-PN appella lill-Gvern biex, fi kliemu, jagħti lezzjoni lill-Ewropa kollha dwar kif taġixxi fis-sewwa billi jassigura li l-persuni vulnerabbli jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn. Dan billi jinġiebu Malta fejn jistgħu jingħataw l-assistenza.

Aqra: “Tħallix lill-immigranti jistennew; daħħalhom” – Delia lil Muscat

Il-Kap tal-PN Adrian Delia wkoll appella lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex ma jħallix lill-immigranti jistennew fl-ibħra biex jiġu salvati, imma biex idaħħalhom Malta sabiex imbagħad jitqassmu fil-pajjiżi Ewropej.

Delia għamel dan l-appell fuq Facebook, fejn bħala Kap tal-Oppożizzjoni, indirizza lill-Prim Ministru u ħeġġu biex jgħin lil dawn l-immigranti kif jista’ minkejja ċ-ċokon ta’ Malta.

Abbord Open Arms

Nhar il-Ħamis l-1 ta’ Awwissu l-ekwipaġġ ta’ Open Arms, bastiment Spanjol, salva grupp ta’ 124 immigrant mill-għarqa. Fost il-grupp hemm tewmin ta’ disa’ xhur. Il-bastiment salva 39 persuna oħra matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt taħt il-kordinazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Minn dawn, immigrant iddaħħal l-Italja, filwaqt li żewġ nisa u familthom ġew evakwati f’Malta.

Aqra: 1 mejjet u ieħor fil-periklu tal-mewt; l-AFM ittellagħhom minn dingi

Aqra: Żewġ nisa u familthom ġew evakwati minn Open Arms lejn Malta

Aqra: L-immigranti jibqgħu bejn sema u ilma; Malta tgħid ‘le’

Aqra: Malta lesta tieħu 39 immigrant; deċiżjoni li qed toħloq tensjoni – Open Arms

Aqra: Richard Gere jappella lil Salvini biex jieqaf “jiddemonizza” lill-immigranti u jgħinhom