Awguri lill-kantant u mużiċist Ivan Spiteri Lucas li llum qed jiċċelebraw it-22 anniversarju minn mindu ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ. Huma żżewġu bħal-lum fis-6 ta’ Ġunju tal-1998.
Il-koppja għandhom tifla, Krista.
F’messaġġ li kiteb fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Ivan iddeskriva dawn it-22 sena bħala snin li kienu bi tlajja u nżul bħal ta’ kulħadd u li għaddew f’leħħa ta’ berqa.
Fil-messaġġ tiegħu, Ivan irringrazzja lil mara tiegħu tali tieħu paċenżja bih.
“Insomma nieħdu paċenzja b’xulxin,” temm jgħid hu.

Awguri Ivan u Phyllis.