“Niddiżassoċjaw ruħna mill-istrixxuni” – Kummissjoni tal-Festa

Kummissjoni Festa Esterna Madonna tal-Karmnu

Il-Kummissjoni Festa Esterna Madonna tal-Karmnu, Balluta qalet li l-ebda membru mill-Kummissjoni ma kellu x’jaqsam mal-strixxuni li twaħħlu waqt il-Festa ta’ San Girgor f’Tas-Sliema.

Fi stqarrija l-Kummissjoni Festa Esterna Madonna tal-Karmnu ddiżassoċjat ruħha mill-inċident, fejn tweħlu żewġ strixxuni bejn iż-żewġ festi rivali, dik tal-Madonna tal-Karmnu u dawk ta’ San Girgor f’Tas-Sliema. Fuq strixxun minnhom li fil-bidu tpoġġa fit-Triq il-Karmnu f’Tas-Sliema kien hemm miktub “l-isbaħ statwa hija tagħna, l-ikrah waħda f’Malta hija tagħkom” filwaqt li fuq l-istrixxun l-ieħor li twaħħal minn dawk li jżommu ma’ San Girgor kien hemm miktub “l-isbaħ każin huwa tagħna, toħlomu biss li jkollkom bħalna!”.

Il-Kummissjoni Festa Esterna Madonna tal-Karmnu appellat l-partijiet biex jiltaqgħu u jsibu t-triq il-quddiem b’maturità u li tagħmel ġieħ liż-żewġ naħat. Hi saħqet li lesta biex tikkontribwixxi għal dan l-għan.