Nicole Vella għall-Miss World; tirrappreżenta lil Malta fit-Tajlandja fid-19 ta’ Diċembru

Ritratt: Mark Soler Msphotography

Nicole Vella mir-Rabat ilbieraħ filgħaxija ġiet inkurunata bħala Miss World Malta. It-tfajla Maltija mir-Rabat għandha 19-il sena u hija wiċċ magħruf ma’ bosta hekk kif fl-aħħar xhur rajniha fost il-kontestanti tal-programm X Factor Malta.

L-arti u l-ispettaklu huma litteralment f’demmha. Mhux biss hija żeffiena, iżda wkoll hija bint il-kantanta Debbie Scerri, u mhux l-ewwel darba rajnihom ikantaw flimkien.

Nicole Vella, Miss World Malta 2019, ma’ ommha, Debbie Scerri

Studenta tal-psikoloġija kif ukoll żeffiena, Nicole issa tkun impenjata għal vjaġġ mimli opportunitajiet sad-19 ta’ Diċembru meta ssir id-69 edizzjoni tal-konkors tal-Miss World li se jsir fit-Tajlandja.

Fi żmien li ġej, Nicole, taħt il-ħarsien ta’ Modelle International immexxija minn Sue Rossi, tkun qed timpenja ruħha fid-diversi photoshoots biex jittieħdu r-ritratti li jkunu jistgħu jittellgħu fils-sit diġitali tal-Miss World fejn jingħaqdu mal-kontestanti l-oħra mid-diversi pajjiżi parteċipanti.

Dawk li rebħu t-titlu fis-snin li għaddew

1965 Wilhelmina Mallia 1966 Monica Sunnura 1968 Ursulina Grech 1969 Mary Brincat 1970 Tessa Marthese Galea 1971 Doris Abdilla 1972 Jane Attard 1973 Carmen Farrugia 1974 Mary Louise Ellul 1975 Marie Grace “Margie” Ciantar” 1976 Jane Benedicta Saliba 1977 Carmen Pauline Lewise Farrugia 1978 Mary Cumbo 1979 Elena Christine Abela 1980 Frances Lucy Duca 1981 Elizabeth Mary Fenech 1982 Adelina Camilleri 1983 Odette Balzan 1984 Graziella Attard Previ 1985 Kristine Apap Bologna 1986 Andrea Josephine

Mark Soler Msphotography

Licari 1987 Michelle Sciberras 1988 Josette Camilleri 1989 Marika Micallef 1990 Karen Demicoli 1991 Romina Genuis 1992 Noelene Micallef 1993 Susanne Mary Borg 1997 Sarah Vella 1998 Rebecca Camilleri 1999 Catharine Attard 2000 Katia Grima 2001 Christine Camilleri 2002 Joyce Gatt 2003 Rachel Xuereb 2004 Antonella Vella 2005 Ferdine Fava 2006Janice Gauci 2007 Stephanie Zammit 2008 Martha Fenech 2009 Shanel Debattista 2010 Francesca Gaspar 2011 Claire-Marie Busuttil 2012 Daniela Darmanin 2013 Donna Borg Leyland 2014 Joanna Galea 2015 Katrina Pavia 2016 Anthea Zammit 2017 Michela Galea 2018 Maria Ellul