Nicole Vella f’Abbey Road Studios

Nicole f'Abbey Road Studios. Ritratt: Facebook/NicoleVella

Għaddiet diġà kważi ġimgħa mill-finali tad-69 edizzjoni tal-Miss World iżda bla dubju li għal Nicole Vella din kienet esperjenza li żgur mhu se tinsa’ qatt.

Iż-żagħżugħa Maltija kellha xahar impenjat mhux ħażin f’Londra sakemm waslet sal-jum tal-finali iżda waħda mill-esperjenzi li kellha hija wisq probabbli l-fatt li daħlet u rrekordjat kanzunetta fl-Abbey Road Studios f’Londra, fir-Renju Unit, l-istess studjo li fih kienu rrekordjaw artisti kbar bħal The Beatles, Amy Winehouse, Pink Floyd u Michael Jackson.

Nicole f’Abbey Road Studios. Ritratt: Facebook/NicoleVella

Nicole kienet fost l-10 kontestanti mill-120 li kien hemm għall-Miss World biex jidħlu f’dan l-istudjo u jirrekordjaw is-silta The World in Union li mbagħad twasslet fil-finali tal-Miss World is-Sibt li għadda.

Nicole f’Abbey Road Studios ma’ 8 parteċipanti l-oħra fil-Miss World 2019. Ritratt: Facebook/NicoleVella

“Din kienet waħda mill-aqwa esperjenzi li kelli s’issa,” ikkummentat it-tfajla.

Prosit Nicole. Tassew tagħmilna kburin bik.