Nicole titlaq lejn Londra

Mil-lum tibda l-avventura ta’ Nicole Vella fil-kompetizzjoni tal-Miss World. Kien f’Ġunju li għadda li t-tfajla Maltija rebħet id-dritt li tirrappreżenta ‘l pajjiżna fid-69 edizzjoni tal-konkors tal-Miss World li l-finali tiegħu se jsir s-Sibt 14 ta’ Diċembru fl-Exel Exhibition Centre f’Londra.

Aktar tard illum Nicole se tibda tiltaqa’ ma’ kontestanti oħra li se jkunu qed jaslu wkoll Londra fis-sigħat li ġejjin. B’kollox hemm 120 kontestanta.

Huwa maħsub biex bħas-soltu ssir iċ-ċerimonja li tinawgura l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ dan il-konkors u li għaliha se jkun hemm għadd ta’ mistednin distinti. L-avveniment li se jintroduċi l-kontestanti kollha, u li jittella taħt il-patroċinju taċ-chair person tal-organizzazzjoni tal- iss World, Mrs Julia Morley, mistenni jkun wieħed spettakolari.

Għalkemm fadal kważi xahar sakemm tittella’ s-serata finali, il-kontestanti se jkunu mpenjati mhux ħażin u se jieħdu sehem f’diversi attivitajiet fosthom Miss Talent. Nicole filfatt se tkun qed tipparteċipa f’din il-kompetizzjoni permezz tal-kant.

Se jkun preżentat ukoll is-slogan Beauty with a Purpose. Nicole, bl-għajnuna tal-Ewro Parlamentari Julia Farrugia Portelli ħejjew il-proġett Human Trafficking.

Nicole qalet li qed tħares lejn il-konkors tal-Miss World b’ottimiżmu u beix twassal il-vuċi tagħha biex tgħin lil ħaddieħor.

Il-parteċipazzjoni ta’ Nicole Vella fil-konkors tal-Miss World hu possibbli grazzi għal Sue Rossi u Modelle International.