Nicole Sciberras għal ma’ Juventus

Nicole Sciberras se tkun qed tkompli l-karriera tagħha tal-futbol fl-Italja wara li rnexxielha tikseb kuntratt mat-tim tan-nisa rebbieħ tas-Serie A, Juventus. Il-Maltija li tilgħab mat-Tim Nazzjonali se tkun qed tilgħab mat-tim li s-sena l-oħra rebaħ it-Turnew prestiġjuż ta’ Viareggio u waslu sas-semi-finali fil-play-offs taċ-championship.

Is-sena l-oħra Sciberras kienet qed tilgħab fis-Serie C ma’ Grifone GialloVerde li rnexxielhom jagħmluha sat-tieni post fil-league. Qabel dan kollu hi kienet qed tilgħab mat-tim tan-nisa ta’ Mosta. Ma’ dan it-tim kienet ilha tilgħab sitt snin, mill-2011 sal-2017.