Nicole mal-ewwel 5 fil-Miss World Talent

Ritratt: Facebook/NicoleVella

Nicole Vella hi waħda mill-ħames finalisti biex illejla tieħu sehem fil-ballu għall-karità bl-isem ta’ Beauty with A Purpose. Dan wara li ħadet sehem fis-sezzjoni Miss World Talent u issa waħda mill-ħames finalisti tal-lejla se tirbaħ id-dritt li tgħaddi direttament għall-finali tad-69 edizzjoni tal-Miss World ta’ nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru li se ssir f’Londra.

Ritratt: Facebook/MissWorld

Nicole, li hija żeffiena, kantanta u anki ddoqq il-pjanu jidher li mpressjonat il-ġurija u wara llejla nkunu naf jekk hux se tkun mal-ewwel 40 fil-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.

27 tfajla ħadu sehem f’din is-sezzjoni u llejla Nicole se tkun qed tikkompeti mar-rappreżentanti tal-Armenja, il-British Virgin Island, il-Kanada u l-Ġamajka.

Awguri lil Nicole għall-fażi tal-lejla!