Nicole llum fil-finali tal-Miss World

Ritratt: Facebook/NicoleVella

Dawk kollha li ilhom jistennew dan il-konkors tas-sbuhija grandjuż, illum fis-1.30pm ħin tal Ingilterra (2.30pm tagħna) se jkunu qed jattendu l-ExCel London sabiex isegwu aktar minn 120 kontestanta minn madwar id-dinja jagħtu wirja spettakolari u fuq kollox jaraw min ser jirbaħ it-titlu Miss World 2019.

It-tfajliet kontestanti kollha ġew iġġudikati fuq il-personalità u kellhom lil Piers Morgan ta’ Good Morning Britain bħala wieħed mill-ġurija. L-istess Piers Morgan se jkun qed jistaqsi l- mistoqsijiet lil dawk it-tfajliet li jaslu fil-finalissima tal-konkors llum wara nofsinhar.

Fost il-mistiedna li se jkunu qed jagħtu s-sehem tagħhom illum f’dan l-ispettaklu nsibu l-kantant Peter Andre.

5000 persuna hi mistennija li se tkun qed tattendi għal dan l-ispettaklu kbir.

Ritratt: Facebook/NicoleVella

Sue Rossi u Claudia Calleja minn Modelle International jinsabu wkoll ġewwa Londra sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Nicole Vella, ir-rappreżentanta Maltija fil-konkors. Bosta familjari tat-tfajla Maltija, inkluża ommha Debbie Scerri, jinsabu wkoll hemmhekk biex jagħtu appoġġ lil Nicole.

Wara l-ispettaklu se jkunu ukoll qed jattendu għall-Coronation Ball, fejn isir gala Dinner għal dawk li għandhom il-liċenjza li jorganizzaw il-konkors tal-Miss World f’pajjiżhom u l- familjari tagħhom fejn jiltaqgħu mal-kontestanti kollha u fuq kollox ma’ dik li tkun għadha kif ġiet inkurunata Miss World.

Il-parteċipanti tal-Miss World 2019. Ritratt: missworld.com

Il-kuruna għandha ammont kbir ta’ ħagar prezzjuż li tiswa’ $300,000.

Waqt l-istess avveniment, jingħataw ukoll it-titli tal-kontinenti

Miss World huwa l-akbar konkors tas-sbuhija u segwit minn 2.5 biljun telesepttatur. Sfortunatament f’Malta l-ebda stazzjon loakli ma jixtri d-drittijiet li jxandar dan l-avveniment, u lanqas fuq l-istazzjonijiet Taljani.

Awguri Nicole! Awguri Malta!