Nicolás Maduro jitlob laqgħa wiċċ imb’ wiċċ ma’ Donald Trump

Il-President kontroversjai tal-Venezuela, Nicolás Maduro, qal li jrid laqgħa wiċċ imb’ wiċċ mal-President Amerikan Donald Trump li ddeskrivih aktar minn darba bħala imperatur.
Waqt li indirizza l-assemblea kostitwenti ġdida, Maduro qal li jrid konverżazzjoni personali ma’ Trump meta tnejn li huma jattendu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.
Il-President Donald Trump impona sanzjonijiet fuq il-President Maduro u akkużah li qed jhedded id-demokrazija.
Dawn dan, Maduro qal li jrid jitkellem ma’ Trump. “Jekk hu interresat fil-Venezuela, hawn jien.”
Staqsa jekk Donald Trump hux qed jippreżenta lilu nnifsu bħala imperatur, sultan tad-dinja jew ir-re tar-rejiet u fakkru li “Ġesù Kristu biss huwa r-re ta’ r-rejiet.”