Nico Rosberg jiddomina l-ewwel tiġrija tal-kampjonat tal-Formula 1 fl-Awstralja

L-ewwel suċċess għal Mercedes bis-sewwieq Nico Rosberg li dalgħodu rebaħ l-ewwel tiġrija tal-kampjonat Formula 1 f’Melbourne fl-Awstralja.
Fit-tieni post ġie Ricciardo ta’ Red Bull u fit-tielet post Magnussen ta’ McLaren.
Wara r-raba’ dawra Hamilton ta’ Mercedes kellu jirtira minħabba problemi tekniċi u warajh Vettel ta’ Red Bull fil-ħames dawra.
Bidu xejn tajjeb għal Button ta’ McLaren li spiċċa fir-raba’ post, Alonso ta’ Ferrari li spiċċa fil-ħames post u Raikkonen ta’ McLaren li spiċċa fit-tmien post.
Fil-bidu tat-tiġrija Kobayashi ta’ Caterham, baqa’ dieħel fl-ewwel liwja u fl-istess ħin laqat lil Massa li din is-sena ngħaqad ma’ Williams.