Nico Kovac il-maniġer il-ġdid ta’ Arsenal?

L-eks maniġer ta’ Bayern Munich Niko Kovac jixtieq li jilħaq hu l-maniġer ta’ Arsenal. Skont xi rapporti, it-tim tiegħu għamel kuntatt ma’ Arsenal.

Il-Kroat mistenni wkoll jmur jara lill-Gunners jilagħbu kontra West Ham illejla. Kovac li għandu 48 sena tkeċċa minn ma’ Bayern f’Novembru u Hansi Flick ħadlu postu temporanjament sal-aħħar tal-istaġun.

Kovac deher ġewwa Goodison Park nhar is-Sibt. Hu mar jara l-logħba ta’ Everton kontra Chelsea u kien akkumpanjat mir-rappreżentanti tiegħu.