Nicky Gauci jipparteċipa f’kampjonat tal-karting fl-Italja

Nicky Gauci li għandu 18-il sena se jkun qed jipparteċipa f’kompetizzjoni tal-Karting f’Veneto, fit-Tramuntana tal-Italja. Gauci se jkun l-uniku Malti li se jkun qed jieħu sehem flimkien ma 54 sewwieq ieħor fil-klassi tiegħu.

Gauci mistenni li jsuq il-Ħamis u l-Ġimgħa biex jidra t-trakka. Imbagħad nhar is-Sibt se jkun qed itellaq biex jikkwalifika u jieħu pożizzjoni minfejn se jkun qed jibda’ t-tellieqa nhar il-Ħadd. Nicky Gauci kien diġà ħa sehem f’xi kompetizzjonijiet barra minn Malta, iżda din hija waħda mill-itqal kompetizzjonijiet li qatt daħal għalihom.