Nicholas Grixti ta’ Sliema jirbaħ il-BOV Water Polo Plejer tax-Xahar

Read in English.

Il-Gowlkiper ta’ Sliema ASC u tat-Tim Nazzjonali Nicholas Grixti huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Lulju 2020.

Sliema kkonsolidaw id-difiża tagħhom meta akkwistaw lil Grixti mingħand Sirens wara l-kampjonat tal-2019 u dan mill-ewwel taha r-riżultati mixtieqabi Sliema jirbħu t-Tazza Enemed Cup 2020, l-ewwel unur ewlieni f’numru ta’ snin għal-wieħed mill-aktar timijiet dekorati fil-Waterpolo Malti.

Bl-idejn l-aktar sikuri fil-waterpolo Malti bejn il-lasti, Sliema rreġistraw rebħiet kbar, minn meta Water Polo rritorna mill-waqfien li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19. Sliema, bi Grixti bejn il-lasti qalgħu biss 23 gowl fl-aħħar tliet logħbiet tat-Tazza ENEMED u l-ewwel żewġ logħbiet tal-kampjonat BOV Water Polo, filwaqt li skorjaw 72 gowl fl-istess żmien.

Dan huwa t-tielet unur tal-Plejer tax-Xahar mirbuħ minn Grixti li rebaħ dan l-ewwel fl-2015 waqt li kien għadu jilgħab fil-Kategorija U19 u l-premju tas-sena l-oħra għal Lulju.

Peter Perotti, Uffiċjal Kap fil-Bank of Valletta ippreżenta trofew kommemorattiv lil Nicholas Grixti waqt li osserva l-linji gwida kollha mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Il-Bank of Valletta huwa sinonimu mal-isport Malti u huwa sostenitur fit-tul tal-Aquatic Sports Association of Malta.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).