​Nibqgħu ċivilizzati meta nagħmlu pressjoni fuq Trump – Macron

Il-mexxejja tal-Group of Seven (G7) se jkomplu jagħmlu pressjoni fuq il-President tal-Istati Uniti Donald Trump waqt sammit din il-ġimgħa dwar it-tariffi li daħħal fuq l-importazzjoni tal-metall imma jridu jaġixxu b’mod ċivili qal il-President Franċiż Emmanuel Macron.
Skont ir-Reuters, Macron qal hekk wara laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau. Qal li l-Istati Uniti hija alleat li l-bqija tal-G7 għandha bżonn.
It-tensjoni dwar il-kummerċ qed thedded li titfa’ dell fuq is-sammit li se jsir matul il-jumejn li ġejjin.
Ritratt: Reuters