“Nibqa’ dejjem it-tifla żgħira li tadura lil missierha” – Krista

Ritratt: Facebook/KristaSpiteriLucas

Il-kantant u mużiċist Ivan Spiteri Lucas illum qed jiċċelebra għeluq il-50 sena tiegħu. Illejla jkun qiegħed fuq it-televiżjoni permezz tal-programm The Entertainers li jitwassal fuq l-istazzjon Net fil-ħin tat-8.30pm.

Huwa twieled bħal-lum fl-1969 u għal dawn l-aħħar 21 sena huwa miżżewweġ lil Phyllis.

Il-koppja għandhom ukoll tifla, Krista, li llum wasslet ukoll l-awgurju lil missierha li kitbet li għalkemm iż-żmien itir, hi tibqa’ dejjem dik it-tifla żgħira li tadura lil missierha.

Ritratt: Facebook/IvanSpiteriLucas

Awguri Ivan!