Nhar it-Tnejn toħroġx mid-dar

Jekk kien mingħalik li s-sħana laħqet il-quċċata tagħha sejjer imqarraq għax il-kbir għadu ġej.
Is-sit FirstMalta spjega li nhar it-Tnejn li ġej mistennija tkun l-agħar ġurnata ta’ sħana.
Dan hekk kif massa ta’ arja sħuna se timxi mill-Punent tal-Mediterran lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.
It-temperaturi nhar it-Tnejn mistennija jilħqu l-ogħla ta’ 38°C u jinħassu sa’ 40°C / 41°C, bir-riħ jonfoħ mill-Punent Forza 3 / 4.
Is-sħana mistennija tibda tinħass sew fil-bidu tal-wikend u jilħaq l-ogħla t-Tnejn li ġej u jibda’ jbatti bil-mod.