Nhar it-Tnejn jinfetħu l-bibien tas-swali ta’ San Vinċenz

Archives

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva ħabbar li minn nhar it-Tnejn, 13 ta’ Lulju, se jkunu qed jinfetħu l-bibien tas-swali ta’ San Vinċenz għall-viżitaturi.

Fi stqarrija, il-Faċilità għall-Kura fit-Tul ta’ San Vinċenz de Paul ħabbret li s-sitwazzjoni tal-coronavirus fis-swali qed tkun ikkontrollata b’mod effettiv ħafna. B’hekk, ir-residenza se tkun tista’ tiftaħ il-bibien tas-swali għall-viżitaturi. Jidher li l-operat li bih se jitmexxew dawn iż-żjarat mill-qraba u l-ħbieb tal-anzjani kien diskuss u maqbul mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.

Din l-aħbar kienet ikkonfermata ma’ Newsbook.com.mt mill-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz stess fil-jiem li għaddew.

Il-ħinijiet taż-żjarat se jkunu hekk:

  • 10.30am – 12pm
  • 4pm – 7pm

X’inhuma l-linjigwida li trid issegwi?

  • Iż-żjarat isiru bl-appuntament mal-Customer Care ta’ San Vinċenz De Paul fuq 22912373. Hawnhekk il-viżitaturi li jkunu se jattendu jridu jagħtu l-isem u n-numru tal-karta tal-identià tagħhom.
  • It-telefonati għall-appuntamenti jistgħu jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm.
  • Jistgħu jattendu massimu ta’ żewġ viżitaturi għal kull appuntament.
  • Importanti li kull viżitatur iġib miegħu maskra jew visor u jrid jilbishom tul il-vista kollha.
  • Dakinhar tal-appuntament il-viżitaturi jridu jirreġistraw l-wasla tagħhom fid-dħul prinċipali.
  • Il-viżitaturi għandom jippreżentaw il-karta tal-identità fil-post tar-reġistrazzjoni.
  • Wara r-reġistrazzjoni l-viżitaturi jridu jgħaddu mill-proċess ta’ screening fejn hawnhekk tiġi ċċekkjata t-temperatura tagħhom.
  • Wara l-proċess tal-iscreening il-viżitaturi jistgħu jipproċedu għall-entratura skont is-sala.
  • Mhux permess li l-viżitaturi jgħaddu minn sala għal oħra biex jaslu fis-sala tagħhom.
  • Għal dan il-għan se jibqa’ jiġi provdut ix-shuttle service u anki huwa permess li l-viżitaturi jidħlu bil-karozzi tagħhom u jipparkjaw ġewwa San Vinċenz De Paul.