Nhar it-Tnejn issir l-Elezzjoni Każwali biex jimtela’ l-post ta’ Quinton Scerri

Nhar it-Tnejn 28 ta' Lulju f'nofsinhar se ssir l-Elezzjoni Każwali biex jimtela’ l-post ta’ Kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar.
Dan wara li aktar kmieni dan ix-xahar Quinton Scerri irreżenja minn Sindku u Kunsillier. 
Scerri rriżenja wara li rapport tal-Bord tal-Governanza Lokali kien semma għadd t’allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet li kienu qed isiru mill-Kunsill u mis-Sindku nnifsu.
Fuq il-profil tiegħu ta' Facebook, l-eks Sindku ta' Ħaż-Żabbar kien kiteb li se jieħu pariri legali biex jittieħdu passi kontra min allegatament “prova jħammeġ il-personalita’” tiegħu. 
Iż-żewġ kandidati li tefgħu n-nomini tagħhom illum huma Joseph Agius u Ludgard Scicluna.