Nhar it-Tlieta l-funeral ta’ Jean Paul Bonett

Jean Paul Bonett se jkun qed jingħata l-aħħar tislima nhar it-Tlieta li ġej, 27 ta’ Awwissu. Il-funeral se jkun qed isir fid-9am fil-parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

Jean Paul Bonett tilef ħajtu traġikament wara li ħa xokk tal-elettriku waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-maħżen tal-Karnival fil-Marsa.

Aqra: Jitħassar il-Karnival tas-sajf minħabba l-inċident tal-Marsa

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali flimkien ma’ Festivals Malta, wrew is-sogħba tagħhom għall-mewt ta’ Jean Paul Bonett wieħed mill-aktar persuni delettanti tal-Karnival. Fi stqarrija ħabbru li ġew imħassra l-attivitajiet kollha relatati mal-Karnival tas-sajf li kienu jsiru fi tmiem din il-ġimgħa.

Bosta kienu dawk li fuq Facebook ħallewlu messaġġi ta’ kondoljanzi u esprimew il-ħasda li ħadu malli saru jafu.

Aqra: Raġel imut b’xokk f’maħżen tal-Karnival