Nhar is-Sibt: Siegħa inqas jew siegħa iżjed?

Hekk kif il-ħin tas-sajf jiġi fi tmiemu dan ix-xahar, Newsbook.com.mt ifakkar lill-pubbliku li nhar is-Sibt li ġej bil-lejl, sbieħ il-Ħadd filgħodu, indawwru l-arloġġ lura b’siegħa. 
Għalhekk, nhar il-Ħadd 29 ta’ Ottubru fit-3am, il-ħin ikun is-2am. Fi ftit kliem se norqdu siegħa żejda!
B’hekk ħafna f’Malta issa se jibdew jinnutaw il-ġurnata tiqsar billi jibda jidlam aktar kmieni, mal-5pm, filwaqt li jisbaħ f'xi s-6.30am. 
Id-dawl tax-xemx se nibdew ingawduh bejn 10 sigħat u 11-il-siegħa kuljum.