Nhar il-Ħadd: Twissija ta’ riħ qawwi għal qawwi ħafna

L-Uffiċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wissa li għada l-Ħadd ir-riħ se jkun qawwi għal qawwi ħafna kultant fl-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.
Qal ukoll li din it-twissija tibqa’ fis-seħħ tas-7.00 ta’ filgħaxija.
Ir-riħ mistenni jkun qawwi għal qawwi ħafna mill-Punent għall-Majjistral, li jsir ftit qawwi għal qawwi. Hemm ċans ukoll li jkun bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad.
It-temp mistenni jkun pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati u b’ċans ta’ xi maltempati bir-ragħad iżolati.