Nhar il-Ħadd se ssir it-tielet edizzjoni tal-Imdina Grand Prix

Nhar il-Ħadd li ġej, l-Imdina se tospita t-Tielet Edizzjoni tal-Imdina Gran Prix organizzat mill-Valletta Gran Prix Foundation.

F’konferenza tal-aħbarijijet  il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella semma’ kif għall-edizzjoni ta’ din is-sena, 25% tal-parteċipanti mistennija jkunu barranin, b’mod partikolari Ingliżi u Taljani. 

Huwa ddeskriva din l-attività bħala opportunità unika għall-Imdina kif ukoll għal pajjiżna fejn jidħol reklamar għaliex l-attività tingħata prominenza minn ġurnalisti sportivi barranin.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Stefan Buontempo qal li l-Gvern qed jippjana skemi innovattivi biex it-turiżmu sportiv għal 10% tat-turisti li jżuru Malta.

Dan ikun ifisser żieda ta’ ’l fuq minn 3% fuq ir-rata preżenti. 

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena mistennija jippartecipaw mas-70 vettura klassika inkluż uħud ta’ żmien il-gwerra.

Għal din l-attività mistennija jaslu f’Malta bosta ċelebritajiet barranin. 

Il-programm ta’ attivitajiet jiftaħ fis-7 t’Ottubru bil-wasla tal-parteċipanti barranin bil-qofol tal-attività jintlaħaq il-Ħadd 13 t’Ottubru b’erba’ tlielaq differenti.