Nhar il-Ħadd issir il-Festa taċ-Ċitru

Edgar Preca flimkien ma’ għadd ta’ studenti nedew il-Festa taċ-Ċitru 2018.
Il-Festa taċ-Ċitru se ssir nhar il-Ħadd li ġej, mid-9 ta’ filgħodu ‘il quddiem fil-Palazz ta’ San Anton.
Ir-raġel tal-President ingħaqad ukoll ma’ grupp ta’ tfal mill-iskola primarja ta’ Ħal Qormi fejn flimkien qatgħu l-larinġ mis-siġar tal-Palazz.
F’diskors qasir lit-tfal u lil dawk preżenti huwa tkellem dwar l-importanza ta’ ħajja sana u saħaq fuq l-importanza li l-larinġ u frott ieħor taċ-ċitru jgħinhom billi jżommu dieta bilanċjata.
Waqt il-Festa taċ-Ċitru se jinbiegħ ikel tradizzjonali Malti u ħelu mill-kċina tal-Palazz u larinġ frisk magħsur. 
Id-dħul għall-Festa taċ-Ċitru huwa bla ħlas u l-qliegħ se jmur b’risq għaqdiet li jaħdmu favur il-ħarsien tal-annimali.