Nhar il-Ħadd il-finali tal-BOV Tennis Masters u l-Ladies Top 6

Elaine Genovese se tilgħab kontra Emma Montebello fil-Finali tan-Nisa

Elaine Genovese se tilgħab kontra Emma Montebello fil-finali tal-BOV Ladies Top 6 Tennis Tournament nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020.

Fil-fażi tal-gruppi, Genovese għelbet lil Kayleigh Busuttil Fitzpatrick u Betha Anne Mayo mingħajr ma waqqgħet logħba waħda biex tgħaddi għall-finali. Emma Montebello għelbet lil Amanda Falzon 6-0 6-0 u ġiet minn sett minn taħt biex għelbet lil Elisa Buhagiar 2-6 6-3 6-4 biex tieħu postha fil-finali. Genovese se tkun qed tfittex li żżomm it-titlu li rebħet fl-2016, l-aħħar darba li sar il-kampjonat tan-nisa.

Fil-BOV Masters tal-irġiel, Matthew Asciak jidher li se jestendi d-dominanza tiegħu f’dan il-kampjonat fejn rebaħ it-tliet logħbiet kollha fil-fażi tal-gruppi. Fi Grupp 1, Asciak għeleb lil Nicholas Degaetano, Dwayne Pullicino u Matthew Cassar Torreggiani bl-iskor identiku ta’ 6-0 6-0. Matthew Cassar Torreggiani kklassifika fit-tieni post tal-grupp.

Fi Grupp 2, Alex Degabriele rebaħ it-tliet logħbiet tiegħu, fejn għeleb lil Zack Zammit 6-0 6-0, Denzil Agius 6-3 7-6 u Liam Delicata 3-6 6-4 6-2 biex jiġi l-ewwel fil-Grupp b’Delicata jikseb it-tieni post.

Matthew Asciak jilgħab kontra Liam Delicata nhar is-Sibt 12 ta’ Diċembru fis-1.00pm fl-ewwel semi-finali. Din tkun segwita minn Alex Degabriele kontra Matthew Cassar Torreggiani biex jiddeterminaw il-finalisti.

Il-finali jintlagħbu nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru, bil-finali tal-Ladies’ Top 6 fis-2.00pm segwita mill-Finali tal-Masters tal-Irġiel. Il-kampjonati huma organizzati mill-Malta Tennis Federation u ospitati mill-Marsa Sports Club. Il-Bank of Valletta huwa l-isponsor tal-kampjonat.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).