Nhar il-Ħadd ġurnata mingħajr karozzi fil-Fgura

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta ġie magħżul biex jorganizza  ‘Car Free Day 2020’ ġewwa l-lokalita’ tal-Fgura.  

Din l-attività tifforma parti minn kampanja internazzjonali fejn jiġi promoss transport aktar sostenibbli. Il-Car Free Day se tittella’ fi Triq Ħompesch nhar il-Ħadd mit-8am ‘l quddiem.

F’din l-istess triq, fejn is-soltu jgħaddu ħafna karozzi, se jiġu organizzati bosta attivitajiet fosthom dawk sportivi u edukattivi.

Il-programm varjat jinkludi logħob għat-tfal, futball, wheelchair basketball u lezzjonijiet tar-roti fost bost attivitajiet oħra. Matul il-ġurnata ħa jkun hemm ukoll esebizzjonijiet tal-Judo, mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija u mill-Protezzjoni Ċivili.

Għal aktar informazzjoni tista’ tikkomunika mal-organizzatur u l-kunsillier responsabbli mill-Isports Adrian Tanti fuq 79250279.