Attakk Knisja fin-Niġerja: 12 jinqatlu, 20 feruti

Nhar il-Ħadd, 6 ta' Awwissu, tnax il-persuna nqatlu u aktar minn għoxrin oħra sfaw feruti f'attakk fil-knisja ta' San Filep f'Anambra, fin-Nofsinhar tan-Niġerja.
 
Nhar il-Ħadd, 6 ta' Awwissu, tnax il-persuna nqatlu u aktar minn għoxrin oħra sfaw feruti f'attakk fil-knisja ta' San Filep f'Anambra, fin-Nofsinhar tan-Niġerja.
 
Il-mira ta' dan l-attakk kien ċertu Aloysius Ikegwuonu, traffikant kbir tad-droga li sar sinjurun mit-traffikar tad-droga fl-Afrika t'Isfel fejn kien jikkontrolla gruppi ta' traffikanti.
 
Meta rritorna f'art twelidu, Anambra, dan il-baruni tad-droga investa ħafna minn ġidu fl-industrja tal-bini u bena toroq kbar, bini u anke knejjes, fosthom il-Knisja ta' San Filep fejn seħħ dan il-massakru. Hu kien jagħmilha ta' benefattur man-nies tal-lokal tant li hemm videos li juruh iqassam  flus lin-nies fit-toroq.
 
Ikegwounu organizza ċerimonja ta' ringrazzjament fil-Knisja ta' San Filef li kellha ssir fis-6 ta' Awwissu, izda fl-aħħar mument kien infurmat li uħud minn dawk li kienu kompliċi miegħu fit-tixrid tad-droga kienu se jattakkawh waqt li jkun fil-knisja.  Għalhekk iddeċieda li ma jmurx għaċ-ċelebrazzjoni.
 
Il-grupp fil-fatt attakkaw il-knisja izda meta ndunaw li hu ma kienx hemm fetħu n-nar u qatlu lil missieru u membri oħra tal-familja u nies oħra li kienu qribu.
 
Sadattant, tliet ġimgħat qabel dan il-massakkru, il-grupp terroristiku Bako Haram wettaq attakk fuq  Moskea f'parti oħra tan-Niġerja fejn inqatlu tmien persuni.
 
Fr Gideon Obasogie, Direttur tal-Komunikazzjoni tad-djoċesi ta' Maiduguri, fejn twettaq l-attakk, iddeskriva lill-grupp Bako Haram bħala għadu tal-umanita' li ma jiddejjaqx joqtol lil Musulmani u Kattoliċi. It-tattika tagħhom hi li jwettqu ħruxijiet kontra nies ċivili innoċenti biex jimmassimizzaw l-impatt terroristiku fuq il-popolazzjoni.