Nhar il-Ġimgħa tingħalaq karreġġjata fil-Marsa-Ħamrun Bypass

Read in English.

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju, se tkun qed tingħalaq il-karreġġjata tat-tramuntana tal-Marsa-Ħamrun Bypass minħabba xi xogħlijiet. Dan ħabbritu Infrastructure Malta permezz ta’ post fuq Facebook.

L-avviż oriġinali ppubblikat qabel, kien jgħid li se jibda jinbena mill-ġdid il-ħajt antik tal-flyover fid-direzzjoni tat-tramuntana tal-Marsa-Ħamrun Bypass. Infrastructure Malta spjegat li dan bil-għan li saħħet dawk kollha li jużaw it-triq tkun żgurata.

Kien spjegat li mill-bieraħ, fit-8pm, u sakemm joħroġ avviż ieħor, it-telgħa li minn Triq Ħal Qormi twassal għall-karreġġjata tat-tramuntana tal-Bypass, jiġifieri li minn ħdejn l-uffiċċju tal-Maltapost tieħdok lejn l-Imrieħel u l-Imsida, se tkun magħluqa. Infrastructure Malta appellat biex il-pubbliku jsegwi t-tabelli mar-roundabout ta’ Ħal Qormi lejn ir-rotta alternattiva mill-Kumpless Sportiv tal-Marsa.

Intant, l-aġġornament aħħari jgħid kif minħabba ċirkustanzi mhux mistennija, ix-xogħlijiet li kellhom isiru qed jiġu posposti bi ftit jiem. Minflok, it-telgħa li tagħti għall-karreġġjata tat-tramuntana tal-Marsa-Ħamrun Bypass se tingħalaq nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju.

⚠️ UPDATE 20TH JULY 2020: Due to unforeseen circumstances, these works were postponed to the end of this week. The…

Posted by Infrastructure Malta on Saturday, July 18, 2020