NGO Hub għall-għaqdiet mhux governattivi

L-NGO hub fil-Belt Valletta, li fuqu bħalissa għaddej xogħol mill-Gvern, se  jkun wieħed minn tlett postijiet madwar il-pajjiż għall-għaqdiet mhux governattivi.
Il-bini se jospita wkoll lill-kunsill tal-volontarjat.
Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli qalet dan f’laqgħa li kellha mal-kunsill il-ġdid tal-volontarjat.
Fil-laqgħa ġew diskussi mezzi kif il-fondi għall-għaqdiet jiġu użati aħjar, billi jiġu evitati duplikazzjoni ta’ proġetti u ssir aktar enfasi fuq is-sostenibilità.
Ġiet diskussa wkoll il-liġi dwar l-organizzazzjonijiet volontarji u kif din se titjieb.