“Ngħix ġurnata b’ġurnata” – Bjorn f’għeluq sninu

Ritratt: Facebook/BjornFormosa

Illum ġurnata speċjali għal Bjorn Formosa li għalaq 34 sena. Twieled bħal-lum il-21 ta’ Ottubru tal-1986. Huwa miżżewweġ lil Maria.

F’messaġġ li kiteb f’għeluq sninu Bjorn ikkummenta li llum il-ġurnata waqaf jgħodd il-ġranet u l-ħin u li l-għan tiegħu huwa li xi darba jiftaħ Newer & Bigger DAR Bjorn.

F’dan il-jum partikolari f’għeluq sninu, Bjorn appella lill-pubbliku għall-għajnuna biex ikun jista’ jitlesta dan il-proġett.

I just have stopped counting days and time! I live day by day with the aim that one day, I can open a Newer & Bigger DAR…

Posted by Bjorn Formosa on Wednesday, October 21, 2020

Nawguraw lil Bjorn l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nappellaw lill-pubbliku biex jgħin ukoll biex dan il-proġett jitlesta biex b’hekk tkun tista’ tingħata aktar għajnuna lil min, bħal Bjorn, għandu l-kundizzjoni tal-ALS.