Neymar sodisfatt bil-pożizzjoni tiegħu fil-FIFA Awards

Wara l-FIFA Awards illi saru f’Londra jumejn ilu, il-plejer Brażiljan ta’ PSG Neymar jinsab sodisfatt illi spiċċa fit-tielet post fil-lista tal-aqwa plejers ta’ dan il-kuntest. 
Ronaldo rebaħ l-unur, b’LionelMessi jiġi fit-tieni post. Għal Neymar dan kien unur illi spiċċa t-tielet iktar u iktar għax irnexxielu jaqbeż lil Antoine Griezmann ta’ Atletico Madrid. 
It-talent Brażiljan feraħ lil Ronaldo għall-unur illi rebaħ u sostna illi kien jimmeritah jirbaħ. 
“Ronaldo qed jikteb l-istorja tal-futbol. Hu u Messi huma żewġ ikoni fil-logħba tal-ballun u għandhom ir-rispett kollu tiegħi.”
“Il-ħolma tiegħi hu li xi darba nilħaqhom u b’aktar xogħol u taħriġ nemmen illi nista’ nasal.”
Neymar ingħaqad ma’ PSG fil-bidu ta’ dan is-sajf għal somma rekord ta’ 222 miljun ewro u s’issa skorja għaxar gowls fi 11-il partita li lagħab mal-Pariġini.