​Neymar ma’ Real Madrid fis-sena 2019?

Aħbar li ħasdet lil diversi dilettanti tal-futbol kienet dik illi seħħet fi Spanja fejn jidher illi skont is-sit sportiv Spanjol Don Balon, il-plejer Brażiljan Neymar wasal fi ftehim mal-ġganti Real Madrid sabiex jingħaqad magħhom fis-sena 2019.
Id-diriġenti ta’ Paris St Germain ma tantx ħadu din l-aħbar b’mod tajjeb għalkemm kien hemm min qal illi dawn jistgħu jkunu biss spekulazzjonijiet.
Wara l-ewwel telfa xokkanti ta’ 2-1 fil-kampjonat kontra Strasbourg barra minn darhom, il-Brażiljan meta mistoqsi dwar din ix-xniegħa rrifjuta illi jħalli l-kummenti tiegħu.
Din iċ-ċaqliqa tista’ tfisser ritorn għal Neymar fi Spanja wara li sal-istaġun illi għadda kien qed jilgħab ma’ Barcelona. Huwa nxtara minn PSG fil-bidu tas-sajf illi għadda għas-somma rekord ta’ €222 miljun.