Neymar iweġġa’ waqt il-logħba kontra n-Niġerja

Il-plejer ta’ Paris St-Germain Neymar, ħareġ izappap wara 12-il minuta mil-logħba tal-Brażil kontra n-Niġerja. In-Niġerjani rnexxielhom iżommuhom bi draw ta’ 1-1.

Neymar li għandu 27 sena kellu joħroġ barra mill-grawnd u deher iżomm koxxtu x-xellugija. Possibilment se jkollu jaqbeż il-logħba taċ-Champions League kontra Club Bruges li se tintlagħab nhar it-22 t a’ Ottubru.

Il-plejer ta’ Rangers Joe Aribo poġġa lit-tim Niġerjan fuq quddiem fl-ewwel taqsima iżda Casemiro ta’ Real Madrid ġab id-draw ftit minuti wara li bdiet it-tieni taqsima.