Neymar fil-Brażil minħabba emerġenza familjari

L-istilla ta’ Paris St Germain, Neymar kellu jtir ħesrem lejn il-Brażil biex ikun preżenti għal ‘emerġenza familjari’ u huwa kważi ċert illi ser jitlef il-logħba mit-Tazza Franċiża kontra Strasbourg.
L-eksplejer ta’ Barcelona ngħata tlett ijiem frank mill-klabb tiegħu skont dak li rrapporta RMC Sport. Aktar tard din il-ġimgħa huwa għandu jerġa’ jirritorna għat-taħriġ sabiex ikun tajjeb għall-partita tal-kampjonat illi PSG għandhom barra minn darhom kontra Rennes.
Matul tmiem din il-ġimgħa, Neymar kien nieqes mit-tim fil-partita kontra Lille wara li kien sospiż.