Neymar daqshekk għamel Captain tal-Brażil… ara min se jeħodha minfloku!

Neymar ittiħditlu l-faxxa tal-Captain tat-tim Brażiljan għall-kompetizzjoni li jmiss tal-Copa America hekk kif postu se jkun qed jieħdu sieħbu li jilgħab ma’ St. Germain, Dani Alves. Wara li Neymar kiseb il-faxxa tmien xhur ilu, il-maniġer Tite għarrfu li kien se jkollu jiħodielhu lura hekk kif dan l-aħħar Neymar kien inovlut f’xi kwistjonijiet dixxiplinarji.

Alves, ta’ 36 sena, se jmexxi lit-tim fil-logħob ta’ ħbiberija kontra l-Qatar u l-Ħonduras. Huwa diġà kellu opportunitajiet li jmexxi t-tim Brażiljan, bl-aktar riċenti tkun fil-logħba li rebħu 1-0 kontra l-Ġermanja f’Marzu tas-sena l-oħra.

Dan ix-xahar, l-awtoritajiet tal-futbol Franċiżi pprojbixxew lil Neymar għal tliet logħbiet wara li ta daqqa lil wieħed mill-partitarji wara li PSG tilfu kontra Rennes fil-finali tal-Coupe de France. Allegatament kien involut ukoll f’inċident fid-dressing room ma sħabu stess tat-tim.