Nexia BT ma tistax topera bħala konsulent korporattiv

Read in English.

Il-Borża ta’ Malta irrevokat il-permezz li Nexia BT servizzi ta’ konsulenza korporattiva lil kumpaniji Prospetti MTF (Multilateral Trading Facility). Dan ħabbritu fi stqarrija llum abbażi tal-aħħar żviluppi b’rabta mal-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni minn persuni għolja fl-istess kumpanija.

Il-ġimgħa li għaddiet, Brian Tonna kien arrestat flimkien mal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri u Karl Cini, it-tax and international client services partner tan-Nexia BT. Dan fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-inkjesta fl-allegazzjonijiet li Schembri rċieva kickbacks fuq il-bejgħ tal-passaporti bl-għajnuna ta’ Nexia BT. Dan kien wassal biex il-liċenzja ta’ Nexia BT biex tbigħ il-passaporti tkun revokata mill-Aġenzija Maltija għall-Programm tal-Investitur Individwali.

Issa, ittieħdu passi wkoll mill-Borża ta’ Malta li sostniet li d-deċiżjoni tagħha saret fl-aħjar interess għan-negozju, għall-protezzjoni tal-investituri u fl-aħjar interess tal-Borża ta’ Malta stess.

In-notifika uffiċjali ħarġet illum, fejn Nexia BT Advisory Services Limited, b’mod immedjat ġiet ordnata twaqqaf il-konsulenzi korporattivi tagħha kollha għas-suq tal-Prospetti MTF. Dan kollu ġie wara investigazzjonijiet fil-kumpanija wara l-iffriżar tal-assi b’rabta ma’ Investigations and Attachment Order maħruġ mill-Qorti Kriminali fil-21 ta’ Settembru.