Nexia BT l-aġent uffiċjali tal-bejgħ għall-programm ta’ residenza fil-Lvant Nofsani

Il-Gvern appunta lil Nexia BT bħala l-kumpanija uffiċjali li tista’ tippromwovi u tbiegħ l-iskemi tar-residenza f’Malta u l-programm tal-Visa fil-Lvant Nofsani.
Rapport li qed jidher fil-ġurnal The Malta Independent kkwota silta li dehret fuq il-websajt ta’ Nexia BT, fejn il-kumpanija tirreferi għal sensiela ta’ bidliet fil-programmi tal-Visa u tar-residenza.
Il-kumpanija Nexia BT immexxijja minn Brian Tonna, kienet fil-qofol tal-kontroversja tal-Panama Papers li ħarġu b’rabta mal-kumpanija Mossack Fonsceca. L-Istitut Malti tal-Accountancy l-MIA beda proċeduri biex Brian Tonna jitneħħa minn membru wara l-iskandlu tal-Panama Papers.
Il-programm tal-Visa u tar-Residenza huwa differenti mill-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment li ddaħħal fl-aħħar leġiżlatura.
Fost il-bidliet li ġew introdotti, hemm id-definizzjoni ta’ “dipendenti”  fejn issa ulied ta’ applikanti jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-iskemi sa ma jkollhom 26 sena.
Biex persuna tapplika għal programm tal-Visa u tar-residenza, persuna minbarra li trid tkun ċittadina ta’ pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea, jrid ikollu tal-inqas 18-il sena, b’kondotta nadifa u jikkometti ruħu li se jipprovdi prova ta’ titolu ta’ propjetà skont il-kriterji tal-istess skema.