Newsbook Q&A ma’ Dr Tanya Melillo dwar COVID-19

Read in English.

Il-Ħamis Dr Tanya Melillo, konsulent fil-Mediċina fil-qasam tas-Saħħa Pubblika, se tkun qed tirrispondi l-mistoqsijiet tal-pubbliku dwar il-coronavirus waqt sessjoni ta’ Newsbook Q&A.

Bħalissa ħafna qed jistaqsu x’għandhom jagħmlu meta jkunu f’postijiet pubbliċi biex jevitaw li jieħdu l-virus u propju Dr Melillo se tkun qed tirrispondi għall-mistoqsijiet li bħalissa kulħadd qed jistaqsi dwar il-coronavirus.

Jekk għandek mistoqsijiet għal Dr Tanya Melillo tista’ tibgħathom fuq ask@newsbook.com.mt 

Newsbook Q&A se jkun qed jixxandar fuq dan is-sit il-Ħamis fl-4 pm.