Ir-rebbieħa tal-isfida #WEARAMASK

Aġġornat 01:51 PM
#WEARAMASK

Read in English.

Doris Zammit, Fiona Ellul Bonici, Josephine Saliba, Alessandra Dee Crespo, Steven Bajada u Christine Ellul Bonici huma r-rebbieħa tal-isfida li nieda Newsbook.com.mt #WEARAMASK.

Din l-isfida kienet parti mir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR) ta’ Beacon Media Group, bil-għan li tinkoraġġixxi lill-poplu Malti u Għawdxi jkompli jipprattika miżuri li jgħinu biex titwaqqaf l-imxija tal-coronavirus. 

Kif ipparteċipaw?

  • Ħu ritratt jew filmat tiegħek bil-maskra
  • Xerrdu fuq Facebook bil-hashtag #WEARAMASK u tteggja lil Newsbook.com.mt jew Newsbook FrontPage
  • Innomina lil ħbiebek u lill-membri tal-familja biex juruna l-maskra u fejn kienu meta libsuha.
  • Il-parteċipant bl-aktar ritratt effettiv jidħol fiċ-ċans li jirbaħ premju speċjali.

Kull persuna hija strumentali biex twaqqaf it-trażmissjoni tal-Covid-19 u l-użu ta’ maskra huwa wieħed mill-modi biex dan l-għan jintlaħaq. Kun parti minn dan il-messaġġ, #WEARAMASK.

Il-pandemija tal-coronavirus qed tingħata importanza fuq Newsbook.com.mt li ta’ kuljum iwassal artikli fattwali u edukattivi, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn