L-impeachment ta’ Trump: kif taffetwa d-dinamika Ewropea?

FILE PHOTO: U.S. President Donald Trump takes questions during the coronavirus response daily briefing at the White House in Washington, U.S., March 19, 2020. REUTERS/Jonathan Ernst

F’dan il-programm, bħas-soltu, niddiskutu elementi ta’ politika mil-lenti Ewropea, li jaffetwaw lilna bħala pajjiż, parti minn entità akbar li hija l-Unjoni Ewropa. Illum ma jonqosx li nitkellmu fuq l-impeachment tal-President Trump, u naraw kif dan jaffetwa d-dinamika Ewropea.

Nibdew billi niffukaw fuq il-ġrajjiet li seħħew f’dawn l-aħħar ġranet, speċjalment fil-Parlament Ewropew fejn kien hemm diskussjoni dwar riżoluzzjoni li ġiet ippreżentata quddiem il-Parlament dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Din ir-riżoluzzjoni ppreżentata lid-delegazzjoni Ewropea fi tmiem iż-żjara tagħha f’Malta, tagħti ħarsa lejn dak li kien qed iseħħ f’pajjiżna, b’numru ta’ rimarki.

Nanalizzaw flimkien l-interpretazzjonijiet, u x’jista’ jirriżulta minn dan id-dokument.