Kif marret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-UE?

FILE PHOTO: Josep Borrell, High Representative for Foreign Affairs and Security Policy and Vice-President of the European Commission holds a news conference in Brussels, Belgium, January 10, 2020. REUTERS/Francois Lenoir

Programm ieħor fejn niddiskutu l-aħbarijiet mill-istituzzjonijiet Ewropej, fosthom l-ewwel laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-UE Josep Borrell, li ħa post Federica Mogherini. Laqgħa b’għadd ta’ dimensjonijiet, fejn ukoll ingħatat direzzjoni rigward il-ħidma tal-perspettiva politika Ewropea għaż-żmien li ġej taħt it-tmexxija ta’ Borrell.

Fost il-punti li tqajmu matul l-ewwel laqgħa, naraw l-enfasi li l-UE tħares lejn u taħdem fuq il-mod kif hi tippreżenta lilha nnifisha fl-interazzjoni tagħha ma’ diversi pajjiżi fil-kuntest tad-dimensjoni ġdida tal-Ewropa, fosthom ir-rwol ta’ attur importanti fil-qasam ġeopolitiku u dak internazzjonali.