L-intervent tal-KE u l-PE fl-isfond tal-investigazzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

F’dan il-programm niffukaw fuq dak li qed jiġri f’pajjiżna, u naraw l-intervent tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew fl-isfond tal-investigazzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. L-istituzzjonijiet Ewropej ħadu numru ta’ inizjattivi dwar is-sitwazzjoni attwali fil-pajjiż, bi żjara uffiċjali minn delegazzjoni tal-Parlament Ewropew. Malta ssemmiet ukoll matul l-ewwel press briefing tal-President elett tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen.

Naraw kif numru ta’ ġurnalisti minn midja internazzjonali qed jiktbu u jirrapportaw dwar din l-investigazzjoni, hekk kif janalizzawha minn perspettiva Ewropea, b’rabta ma’ aspetti tar-Rule of Law u l-famuż Artikolu Nru. 7 li jista’ jiskatta numru ta’ miżuri li jikkontrollaw il-livell ta’ parteċipazzjoni ta’ pajjiż fl-istituzzjonijiet Ewropej.