Approvata l-Kummissjoni ta’ Ursula von der Leyen

(AP Photo/Virginia Mayo)

Illum se nagħtu ħarsa lejn l-aħbar prinċipali ta’ din il-ġimgħa, li hija l-konklużjoni tal-proċess tas-smigħ tal-Kummissarji eletti, biex b’hekk issa hija approvata l-Kummissjoni ta’ Ursula von der Leyen.

Wara proċess kemxejn twil fejn sar is-smigħ tal-Kummissarji kollha proposti mill-Istati Membri differenti, il-Parlament Ewropew approva l-ħatra tal-Kummissjoni b’mod sħiħ. Nistgħu ngħidu li din tassew hija wirja ċara tal-ħidma konġunta tal-aspetti demokratiċi tal-Unjoni Ewropea, hekk kif il-Parlament kollu, b’rappreżentanti mill-pajjiżi kollha differenti tal-Unjoni, ivvota biex japprova l-membri l-ġodda tal-Kummissjoni, nominati mill-gvernijiet ta’ kull pajjiż tal-UE.