X’ġie diskuss matul l-iskrutinju tal-Kummissarji Ewropej?

European Union flags are seen outside the EU Commission headquarters in Brussels, Belgium April 1, 2019. REUTERS/Francois Lenoir

F’din l-edizzjoni, nanalizzaw l-aħħar aħbarijiet mill-perspettiva tal-istituzzjonijiet Ewropej, fosthom il-Parlament Ewropew, li f’dawn l-aħħar jiem kellu numru ta’ sessjonijiet ta’ tkomplija fejn ġie diskuss is-smigħ tal-Kummissarji differenti marbuta mal-pajjiżi tal-Unjoni.

Kien baqa’ tliet Kummissarji eletti biex jgħaddu mill-iskrutinju tal-pajjiżi l-oħra, proċess li jsir dejjem qabel il-ħatra tal-Kummissarji fi ħdan il-Kummissjoni. Dawn kienu s-sostituti għan-nominazzjonijiet tal-gvernijiet tal-Ungerija, tar-Rumanija u ta’ Franza, wara li l-ewwel persuni nominati minn dawn il-pajjiżi ma ġewx aċċettati mill-Parlament Ewropew.