X’inhu lir-rwol ta’ Michel Barnier, il-kap negozjatur tal-UE?

Illum niddiskutu l-ħidma kontinwa tal-istituzzjonijiet Ewropej, li tibqa’ għaddejja minkejja diversi elementi li kkawżaw elementi ta’ dewmien f’ċerti deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu. Dan kollu wkoll fl-isfond ta’ Brexit li qed iseħħ fil-kuntest ta’ elezzjonijiet ġenerali fir-Renju Unit.

Nitkellmu dwar ir-rwol ta’ Michel Barnier, il-kap negozjatur minn naħa tal-Unjoni Ewropea, li kellu rwol ewlieni fil-kwistjoni ta’ Brexit, fejn xogħlu kien li jissalvagwardja l-unità u l-integrità tal-Unjoni b’diskussjonijiet kontinwi mal-mexxejja tal-pajjiżi kollha li huma Stati Membri fl-UE.

Naraw kif Barnier, flimkien ma’ dawn il-mexxejja, iddiskutew elementi differenti li jirrigwardaw l-interessi tal-Unjoni, bħal pereżempju s-suq waħdieni, il-kwistjoni ta’ protezzjoni taċ-ċittadini, kwistjonijiet politiċi, kif ukoll il-kwistjoni tal-paċi bejn ir-Repubblika Irlandiża u l-Irlanda ta’ Fuq.