L-emozzjoni u l-atmosfera surreali waqt id-deċiżjoni finali fir-rigward ta’ Brexit

Illum fi Newsbook Hour – Dinja Ewropa, se nagħtu ħarsa lejn il-ħidma tal-Parlament Ewropew, fejn jiġu diskussi u deċiżi uħud mill-aktar deċiżjonijiet importanti u diffiċli fl-Unjoni Ewropea, fosthom, wara tant diverġenzi u snin ta’ diskussjonijiet u anke firda politika, id-deċiżjoni finali fir-rigward ta’ Brexit.

Biex nifhmu ftit aktar dak li seħħ matul din il-votazzjoni emozzjonanti, nitkellmu ma’ Denise Grech li attendiet is-sessjoni tal-Parlament. Hi titkellem dwar l-emozzjoni u l-atmosfera surreali matul is-sessjoni nnifisha, fejn attendew ukoll il-Membri Parlamentari Ingliżi li kienu kontra l-idea ta’ Brexit, u li issa rrealzzaw li tilfu battalja li kienu ilhom jiġġieldu għal erba’ snin.

Wara tkellimna ma’ żewġ Membri Parlamentari Ewropej, Alex Agius Saliba u Roberta Metsola dwar l-esperjenza tagħhom matul il-votazzjoni finali, kif ukoll ħidma tagħhom relatata ma’ regolamenti li ġew ippreżentati.