Eskalazzjoni fit-tensjonijiet ġewwa l-Iran hekk kif il-bażijiet Amerikani ġew attakkati

Bdejna l-programm b’kollegament mal-kollega tagħna Sephora minn Newsbook.com.mt li tat ħarsa lejn l-aħbarijiet prinċipali tal-ġurnata, hekk kif Joseph Muscat wasal fit-tmiem tal-kariga tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta. Hu qal li jixtieq jibqa’ attiv fix-xena politika mingħajr ma jxekkel lis-suċċessur tiegħu.

Iddiskutejna wkoll il-kwistjonijiet ġeopolitiċi fix-xena internazzjonali li qed jaffetwaw ukoll il-ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej, l-aktar fid-dawl tal-eskalazzjoni fit-tensjonijiet ġewwa l-Iran hekk kif il-bażijiet Amerikani ġew attakkati minn naħa tal-forzi Iranjani bħala ritaljazzjoni għal qtil ta’ Ġeneral Iranjan aktar kmieni fil-ġimgħa. Din it-tensjoni ġiet fi żmien meta kienu qed isiru appelli għal sforzi diplomatiċi bejn iż-żewġ partijiet.