Newsbook.com.mt jonora x-xogħol ta’ ġurnalisti Maltin

Newsbook.com.mt qed juri s-sapport tiegħu għall-ġurnalisti Maltin bħala sponsor ta’ premju li se jingħata mill-għaqda non-governattiva Junior Chamber International Malta (JCI Malta) għax-xogħol siewi tagħhom.

Għal bosta snin, l-għaqda JCI Malta ssieltet sabiex tonora żgħażagħ bejn it-18 u l-40 sena li jkunu qed iwettqu proġetti jew inkella bix-xogħol tagħhom ikunu qed jagħmlu xi tip ta’ tibdil pożittiv fis-soċjetà. Is-serata bl-isem ta’ The JCI Malta Awards se tkun qed tonora wkoll negozji lokali. Hemm total ta’ 44 individwu u negozji nominati.

Il-persuni nominati fil-kategorija ssapportjata minn Newsbook.com.mt u li ġġib l-isem ta’ Impactful Reporting huma Jurgen Balzan, ġurnalist ma’ The Shift News, Michela Cutajar li qed tmexxi Insite Malta, organizzazzjoni studenteska tal-midja fl-Università ta’ Malta, Alexander Hili li huwa attivist lokali u li jikteb ukoll fuq il-gazzetta Times of Malta, kif ukoll Sebastian Tanti Burlò li jpenġi bosta karikaturi dwar suġġetti li jkunu jaħarqu fil-gżejjer Maltin.

Din il-kategorija hija waħda fost il-15-il premju li se jitqassmu dakinhar u dawk kollha li jattendu se jkunu fiċ-ċans li jivvutaw għar-rebbieħa sabiex minn fosthom jintgħażlu rebbieħa tal-għażla tal-pubbliku. Se jkun hemm rebbieħ ta’ proġetti individwali u rebbieħ mill-kategoriji tan-negozji.

Ir-rebbieħa se jitħabbru waqt avveniment formali li se jsir fid-9 ta’ Novembru u li hu miftuħ għall-pubbliku biex jattendi. Kull min jixtieq jattendi jista’ jixtri l-biljett tiegħu minn hawn.

Min huma l-persuni kollha li ġew innominati?

  • Impactful Politics: Hon. Julia Farrugia Portelli, Hon. Clint Camilleri, il-Kunsillier Jeremy Cardona u s-Sindku Sarah Agius
  • Impactful Reporting: Jurgen Balzan, Sebastian Tanti Burlò, Michela Cutajar u Alexander Hili
  • Healthy Lifestyle and Wellbeing: Johann Agius, Mark Josef Rapa, Donatello Pisani, Natalie Muschamp u Cliff Zammit Stevens
  • SDG-Conscious Cultural Achievement: Brian Dimech, Jacqueline Grech u Andrew Farrugia
  • Scientific and Technological Development: Sebastian Ripard, Jonathan Galea u Jonas Abrahamson
  • Environmental Sustainability: Cane Vella, Steve Zammit Lupi u Amy Sargent
  • Quality Education: Anthony Galea, Vanessa Vella u Graham Sansone
  • Contribution to Peace and Human Rights: Melissa Pace, Daniel Azzopardi, Gianluca Ciappitta, Federica Di Giulio, Andrew Sciberras u Lara Dimitrijevic
  • Humanitarian Leadership: Oriana Farrugia, Farah Fawzi u Bjorn Formosa
  • Entrepreneurial Accomplishment: Matthew Bartolo, Abigail Pace, Sarah Woods u Johan Zammit
  • The Friendliest Business Award: Talbot & Bons, VEONIO, Gina Rose, WaterPoint Malta, VEDO u The Deli